Qari tal-Kelma t’Alla – 14/09/2025

IL-Miġemgħa, Settembru 2025

1_pg6 1_pg4 1_pg5 1_pg3 1_pg1 1_pg2

Il-‘Flimkien’ Settembru 2025

Thoughts on this weekend’s gospel – 14/09/2025

Riflessjoni fuq l-Evanġelu – 14/09/2025

Adorazzjoni mal-Papa, Settembru 2025

Merħba

Jikteb il-Kappillan

Wara l-mistrieħ tas-Sajf, ix-xahar ta’ Settembru jerġa’ jiġborna lura Flimkien bħala kommunità. Dan ix-xahar iġib miegħu bidu ġdid, speċjalment għat-tfal u ż-żgħażagħ li qed jerġgħu lura l-iskola. Nitolbu għalihom u għall-għalliema tagħhom, biex ikunu żmien ta’ tkabbir fl-għarfien u fil-ħbiberija.

Nistieden lil kulħadd biex f’dan ix-xahar nerġgħu nidħlu fir-rutina tas-smigħ tal-Quddies tal-Ħadd u li kulħadd jagħmel dak li jista’ biex  nirċievu s-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni, u niddedikaw ħin għat-talb u għas-smiegħ tal-Kelma t’Alla. Għandu jkun opportunita wkoll li nkomplu naqsmu l-ġin u l-ġid tagħna ma’ min hu fil-bżonn.

Hekk dan ix-xahar ikun tassew bidu ġdid għas-Sena Pastorali ġdida li qed tibda f’ Settembru u tagħlaq f’Ġunju li ġej.

Inkomplu nieħdu ħsieb xulxin ħalli nikbru dejjem aktar bħala komunità ta’ fidi, tama u mħabba.

Is-sliem u l-ħajr

Keith Bonnici

Kappillan

Informazzjoni Oħra

Parroċċa Familja Mqaddsa, Pjazza Ninu Cremona, L-Iklin IKL 1302 www.parroccaiklin.com

Tel 21423003 – email: [email protected] – Mobile Kappillan 79972444

 Ħinijiet oħra

QRAR: Qabel kull Quddiesa tal-obbligu u tal-Ħadd

TQARBIN TAL-MORDA: Kuljum tal-ġimgħa filgħodu b’appuntament wara li ssir talba lill-Kappillan.

Adorazzjoni Ewkaristika: fis-skiet il-Ħamis mis-6.00 a.m. sas-6.00 p.m.

VIA SAGRA: kull nhar ta’ Ġimgħa fis-5.50 p.m.

RUŻARJU: kuljum għoxrin minuta qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija minbarra nhar ta’ Ġimgħa.

Ħin tal-Uffiċċju Parrokkjali: s-Sibt 7.10 a.m. sa 10.30 a.m.

Ħin tal-Katekiżmu għat-Tfal

It-Tnejn u l-Ħamis bejn l-4.30 p.m. u l-5.15 p.m. fil-ġranet tal-iskejjel tal-Istat

Kuntatti tas-saċerdoti:

Dun Keith Bonnici 79972444 [email protected]

Dun Karm Busuttil 79729444 [email protected]

Mons. Kalċidon Vassallo  79600500 [email protected]

Mons. Anton Vella  79289656 [email protected]

 

  • Infaħħrek Missier, Sid is-sema u l-art, għax dawn il-ħwejjeġ tas-saltna wrejthom liċ-ċkejknin. Mt: 11,25

Attivitajiet tal-Parroċċa

No event found!

Mulej Ġesù, fakkarni dejjem li għalik m'hemm xejn li ma jistax isir.

Talba: Grazzi Sinjur Alla u aħfirli Sinjur Alla

Kindly read our legal disclaimer here